|
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – H vs Il-Kunsill
(Kawża T-271/10 RENV II) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Membru tal-persunal nazzjonali kkollokat mal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina - Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid - Użu ħażin ta’ poter - Interess tas-servizz - Fastidju psikoloġiku - Natura punittiva tal-assenjazzjoni mill-ġdid - Responsabbiltà - Dannu morali”)
(2021/C 28/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: H (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unioni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u A. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)
Suġġett
Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ Criminal Justice Adviser – Prosecutor mal-uffiċċju reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-EUPM imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (ĠU 2009, L 322, p. 22), li tispjega r-raġuni operattiva tal-assenjazzjoni mill-ġdid tagħha, u, fit-tieni lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010 iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina, li permezz tagħha H ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ Criminal Justice Adviser – Prosecutor mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina), u d-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-EUPM imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009 dwar l-EUPM fil-Bosnja u Ħerzegovina, li tispeċifika r-raġuni operattiva għall-assenjazzjoni mill-ġdid tagħha, huma annullati. |
|
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil H is-somma ta’ EUR 30 000. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn H f’din il-kawża kif ukoll fil-Kawżi T-271/10, T-271/10 R, T-271/10 RENV, C-455/14 P u C-413/18 P. |