10.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2012 — LIS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/10) (1)

(Dumping - Importazzjoni ta’ bozoz florexxenti elettroniċi kumpatti u integrati li joriġinaw miċ-Ċina - Talba għar-rimbors ta’ dazji mħallsa - Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009) - Kundizzjonijiet - Prova)

2012/C 343/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LIS GmbH Licht Impex Service (Mettmann, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K.-P. Langenkamp, G. Hebrant u G. Holler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 2198 finali tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2010 dwar talbiet għar-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjoni ta’ bozoz florexxenti elettroniċi kumpatti u integrati li joriġinaw miċ-Ċina.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

LIS GmbH Licht Impex Service hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 234, 28.8.2010.