29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Couture Tech vs UASI (Rappreżentazzjoni tal-emblema Sovjetika)
(Kawża T-232/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta l-emblema Sovjetika - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 319/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Couture Tech Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: B. Whyatt, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1509/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta l-emblema Sovjetika bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Couture Tech Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |