|
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2011 — Graf-Syteco vs UASI — Teco Electric & Machinery (SYTECO)
(Kawża T-229/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SYTECO - Trade marks nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti TECO - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)
2011/C 219/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Graf-Syteco GmbH & Co. KG (Tuningen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kieser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Teco Electric & Machinery Co. Ltd (Taipei, it-Tajwan)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2010 (Każ R 230/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teco Electric & Machinery Co. Ltd u Graf-Syteco GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Graf-Syteco GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |