|
28.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-178/10, T-263/10 u T-265/10) (1)
(Programmi operazzjonali tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEŻR amministrati minn Spanja - Talba għal ħlas interim - Eżistenza ta’ provi li jindikaw defiċjenza sinifikattiva fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Miżuri li jinterrompu t-terminu għall-ħlas - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Strateġija ta’ verifika tal-kontijiet - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità)
2012/C 227/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u B. Conte kif ukoll, fil-Kawża T-178/10, A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2010 (T-178/10), tat-8 ta’ April 2010 (T-263/10) u tal-15 ta’ April 2010 (T-265/10) li jinformaw lill-awtoritajiet Spanjoli bl-interruzzjoni tat-terminu għall-ħlas fir-rigward ta’ ċerti talbiet għall-ħlas interim imressqa mir-Renju ta’ Spanja.
Dispożittiv
|
(1) |
Il-Kawżi T-178/10, T-263/10 u T-265/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
|
(2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
(3) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |