29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2011 — ara vs UASI — Allrounder (A b’żewġ sinjali trijangulari)
(Kawża T-174/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva A b’żewġ sinjali trijangulari - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti A - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 319/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ara AG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Gail, sussegwentement M. Gail u H. Pernez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Allrounder SARL (Sarrebourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2010 (Każ R 481/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ara AG u Allrounder SARL.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
ara AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |