9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Longevity Health Products vs UASI — Tecnifar (E-PLEX)

(Kawża T-161/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E-PLEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EPILEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 204/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tecnifar — Industria Tecnica Farmaceutica, SA (Lisbona, il-Portugall)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Frar 2010 (Każ R 662/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tecnifar — Industria Tecnica Farmaceutica, SA u Longevity Health Products, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010