|
19.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-117/10) (1)
([“FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm operattiv reġjonali 2000-2006 għar-reġjun tal-Puglia (l-Italja) li jaqa’ taħt l-ObjettivNruo1 - Nuqqasijiet gravi fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi - Prinċipju ta’ partenarjat - Proporzjonalità - Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Artikoli 4, 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ kompetenza”])
2014/C 151/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, Avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10350 finali, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis ta’ għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mogħtija lir-Repubblika Taljana skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li tapprova l-programm operattiv reġjonali POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, abbażi tal-Objettiv Nru 1.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |