10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Inter IKEA Systems vs UASI — Meteor Controls (GLÄNSA)

(Kawża T-88/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GLÄNSA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti GLANZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 269/106

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inter IKEA Systems BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Gulliksson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Meteor Controls International Ltd (Cookstown, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 529/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meteor Controls International u Inter IKEA Systems BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Inter IKEA Systems BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.