2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Feralpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/10) (1)

([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattata KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas - Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Nuqqas ta’ kompetenza - Bażi legali - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, proporzjonalità u ugwaljanza tal-armi - Kriterji ta’ imputazzjoni - Definizzjoni tas-suq - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Multi - Preskrizzjoni - Gravità - Tul”])

(2015/C 034/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Feralpi Holding SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer, R. Striani u T. Vecchi u finalment R. Sauer u T. Vecchi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti multa ta’ EUR 10,25 miljun għal ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Feralpi Holding SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.