28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Ella Valley Vineyards vs UASI — HFP (ELLA VALLEY VINEYARDS)

(Kawża T-32/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ELLA VALLEY VINEYARDS - Trade marks nazzjonali u Komunitarja preċedenti ELLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà li ssir assoċjazzjoni - Rabta bejn is-sinjali - Reputazzjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 126/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd (Jerusalem, l-Iżrael) (rappreżentanti: C. De Haas u O. Vanner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hachette Filipacchi Presse (HFP) (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: C. Moyou Joly, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1293/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hachette Filipacchi Presse (HFP) u Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Novembru 2009, (Każ R 1293/2008-1) hija annullata.

(2)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż ta’ Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd.

(3)

Hachette Filipacchi Presse (HFP) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.