15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — AC-Treuhand vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa u ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri - Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Impriża ta’ konsulenza li ma toperax fis-swieq inkwistjoni - Multi - Talba għal annullament - Kunċett ta’ impriża - Prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Tul tal-proċeduri amministrattivi - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Informazzjoni tardiva tal-proċeduri ta’ investigazzjoni - Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Sanżjoni ta’ żewġ każijiet ta’ ksur f’deċiżjoni waħda - Kunċett ta’ ksur uniku - Talba għal bidla - Ammont tal-multi - Tul tal-ksur - Tul tal-proċeduri amministrattivi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bjegħ - Multa simbolika - Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa)

2014/C 78/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: AC-Treuhand AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Steinle u I. Bodenstein, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

AC-Treuhand AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.