DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

3 ta’ Marzu 2011

Kawża F-86/10

Charles Dubus

vs

Il-Parlament Ewropew

“Ftehim bonarju — Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu C. Dubus jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, ippubblikata fit-2 ta’ Diċembru 2009, li tiddeċiedi li huwa ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AST4 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Deċiżjoni: Il-Kawża F-86/10, Dubus vs Il-Parlament Ewropew, għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)