29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/67


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — Bancale u Buccheri vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-123/10)

()

2011/C 30/134

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Giovanni Bancale (Waterloo, il-Belġju) u Roberto Buccheri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla COM/INT/OLAF/09/AD8 u COM/INT/OLAF/09/AD10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara l-illegalità tal-punt 4 tat-Titolu III tal-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/COM/INT/OLAF/09, inkwantu jipprojbixxi li tittieħed inkunsiderazzjoni esperjenza ta’ livell universitarju miksuba qabel il-lawrja;

tannulla d-deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-applikazzjonijiet tar-rikorrenti għall-kompetizzjoni EPSO/COM/INT/OLAF/09;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.