4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/61


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Bovagnet vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-89/10)

()

2010/C 328/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: François-Carlos Bovagnet (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Korving, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tirrimborsax kompletament l-ispejjeż ta’ edukazzjoni tat-tfal tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tilqa’ l-ilment tar-rikorrent u tagħtih ir-rimbors integrali tal-irċevuti kollha kkontestati li jirrigwardaw is-sena skolastika 2009/2010, jiġifieri, il-ħlas tas-somma ta’ EUR 2 580 min-naħa tal-PMO.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.