15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/10)

()

2011/C 13/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tal-istqarrija ta’ regolarizzazzjoni ta’ remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrija ta’ remunerazzjoni 01/2010 tiegħu stabbiliti fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni RG/2009 tar-rikorrent, kif ukoll l-istqarrija ta’ remunerazzjoni 01/2010 tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.