31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/56 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Cerafogli vs BĊE
(Kawża F-43/10)
()
2010/C 209/90
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maria-Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti dwar id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju għad-dinjità tagħha, minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha, kif ukoll talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2009 li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti għal diskriminazzjoni u preġudizzju għad-dinjità tagħha, minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha u, jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2010 li tiċħad ir-rikors straordinarju; |
— |
konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti, kif ifformulati fir-rikors amministrattiv, u b’mod partikolari:
|
— |
f’kull każ, tikseb il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti; |
— |
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż; |
— |
tikkundanna lill-BĊE sabiex tipproduċi r-rapport komplut tal-investigazzjoni amministrattiva interna, bl-annessi kollha tiegħu, inklużi t-trattazzjonijiet tas-seduti. Barra minn dan, tikkundanna lill-BĊE sabiex tipproduċi wkoll il-komunikazzjonijiet kollha bejn il-bord inkarigat bl-investigazzjoni u d-Direttorat u/jew il-President tal-BĊE; |
— |
tħarrek bħala xhud lil L., kunsilliera indipendenti għal affarijiet soċjali preċedenti tal-konvenuta. |