31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/54 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 — Rapone vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/10)
()
2010/C 209/85
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Chiara Rapone (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Rapone, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-EPSO ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrenti milli tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-LAW.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni tat-talba l-ġdida tar-rikorrenti sabiex tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-LAW, liema ċaħda ġiet ikkonfermata fil-komunikazzjoni EPSO tat-12 ta’ April 2010; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |