3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/58


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2010 —  VE (*1) vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/10)

(2010/C 179/102)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: VE (*1) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni preċedentement mogħtija lir-rikorrenti

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-AKTK, tat-18 ta’ Ġunju 2009, li permezz tagħha twaqqaf l-għoti ta’ allowance ta’ espatrijazzjoni preċedentement mogħtija lir-rikorrenti, skont l-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll id-deċiżjoni tal-AKTK, tat-28 ta’ Ġunju 2010, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment imressaq fit-2 ta’ Ottubru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.