19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/58


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2010 — AG (*1) vs Il-Parlament

(Kawża F-25/10)

(2010/C 161/95)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AG (*1) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova kif ukoll il-kumpens għad-danni sostnuti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija, tal-14 ta’ Mejju 2009, meħuda flimkien mad-deċiżjoni tar-rifjut tal-ilment, tal-21 ta’ Diċembru 2009;

jindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u b’mod partikolari l-possibbiltà li jsir perijodu ta’ prova ieħor jew l-estensjoni tal-perijodu ta’ prova li fi tmiemu ssir evalwazzjoni ġdida tal-kapaċitajiet tagħha;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti, kemm minn perspettiva professjonali u finanzjarja (b’referenza għat-trattament u vantaġġi relatati li r-rikorrenti setgħet tirċievi mis-16 ta’ Mejju 2009 sad-data tal-integrazzjoni mill-ġdid tagħha li tirriżulta mill-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati), kif ukoll mill-perspettiva morali (b’referenza għall-ammont indikattiv u provviżorju ta’ EUR 50 000);

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.