SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tieni Awla)
16 ta’ Mejju 2012
AF
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għal assistenza — Fastidju psikoloġiku u trattament diskriminatorju — Żball ta’ evalwazzjoni”
Suġġett:
Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEFA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu AF ippreżentat dan ir-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tagħha għal assistenza minħabba fastidju psikoloġiku u t-talba tagħha għal kumpens, kif ukoll għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tad-danni.
Deċiżjoni:
Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż kollha.
Sommarju
Uffiċjali – Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni – Kamp ta’ applikazzjoni – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 24)
Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Aġir intiż li jiskredita lill-persuna kkonċernata jew li jiddegrada l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha – Rekwiżit ta’ natura repetittiva tal-aġir – Rekwiżit ta’ natura intenzjonali tal-aġir – Portata – Assenza ta’ rekwiżit ta’ intenzjoni malizzjuża ta’ persuna li qed tikkawża fastidju
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))
Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Attribuzzjoni lil uffiċjal ta’ kompiti supplimentari li jikkawżawlu xogħol eċċessiv – Inklużjoni – Kundizzjoni
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))
L-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal ġie mfassal bil-għan li jipproteġi lill-uffiċjali tal-Unjoni kontra l-fastidju jew kontra trattament degradanti jkun liema jkun, mhux biss minn terzi persuni, iżda wkoll mis-superjuri ġerarkiċi tagħhom jew il-kollegi tagħhom.
Skont l-obbligu ta’ assistenza, previst minn dan l-artikolu, l-amministrazzjoni għandha, meta tiġi kkonfrontata b’inċident li huwa inkompatibbli mal-ordni u s-serenità tas-servizz, tintervjeni bl-enerġija kollha neċessarja u twieġeb bil-ħeffa u bil-premura meħtieġa miċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex tistabbilixxi l-fatti u tislet, b’għarfien tal-fatti, il-konsegwenzi approprjati. Għal dan il-għan, huwa suffiċjenti li l-uffiċjal li jitlob il-protezzjoni tal-istituzzjoni tiegħu jipproduċi provi prima facie li juru li verament kien hemm l-attakki li għalihom huwa jsostni li kien issuġġettat. Fil-preżenza ta’ dawn il-provi, hija l-istituzzjoni inkwistjoni li għandha tieħu l-miżuri approprjati, b’mod partikolari billi tibda investigazzjoni, sabiex jiġu stabbiliti l-fatti li kkawżaw l-ilment, b’kollaborazzjoni ma’ min għamel l-ilment.
L-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni dwar miżuri adottati mill-amministrazzjoni jillimita ruħu għall-kwistjoni dwar jekk l-istituzzjoni kkonċernata żammitx ruħha fil-limiti raġonevoli u ma użatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat.
(ara l-punti 70 sa 72)
Referenza:
Qorti tal-Prim-Istanza 25 ta’ Ottubru 2007, Lo Giudice vs Il-Kummissjoni, T‑154/05, punti 135 sa 137, u l-ġurisprudenza ċċitata
L-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal jiddefinixxi l-fastidju psikoloġiku bħala “imġiba mhux xierqa” li sabiex jiġi stabbilit jeħtieġ li jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel kundizzjoni tirrigwarda l-eżistenza tal-atteġġament fiżiku, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra “li ssir tul perijodu, hija ripetittiva jew si[s]tematika” u li huma “intenzjonali”. It-tieni kundizzjoni, separata mill-ewwel waħda bil-prepożizzjoni “u”, tirrikjedi li dan l-aġir, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra jkollhom bħala effett li jistgħu jbaxxu l-personalità, id-dinjità, jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ persuna. Peress li l-aġġettiv “intenzjonali” jirrigwarda l-ewwel kundizzjoni, u mhux it-tieni waħda, huwa possibbli li jinsiltu żewġ konklużjonijiet. Minn naħa, l-aġir, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra, imsemmija fl-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jippreżentaw natura volontarja, liema fatt jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni l-aġir li jirriżulta b’mod aċċidentali. Min-naħa l-oħra, ma huwiex għall-kuntrarju meħtieġ li dan l-aġir, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra jkunu twettqu bl-intenzjoni li jistgħu jbaxxu l-personalità, id-dinjità, jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ persuna. Fi kliem ieħor, jista’ jkun hemm fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr ma l-persuna li tagħti fastidju jkollha l-intenzjoni, permezz tal-aġir tagħha, tiskredita l-vittma jew deliberatament tiddegrada l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha. Huwa suffiċjenti li l-aġir tagħha, ġaladarba jkun twettaq volontarjament, ikun oġġettivament ta lok għal konsegwenzi bħal dawn.
F’dan ir-rigward, il-kwalifika ta’ fastidju hija suġġetta għall-kundizzjoni li din turi realtà oġġettiva suffiċjenti, fis-sens ta’ osservatur imparzjali u raġonevoli, li għandu sensibbiltà normali u mqiegħed fl-istess kundizzjonijiet, jikkunsidrah bħala eċċessiv u kritikabbli.
(ara l-punti 88 sa 91)
Referenza:
Tribunal għas-Servizz Pubbliku 9 ta’ Diċembru 2008, Q vs Il‑Kummissjoni, F‑52/05, punti 132, 134 u 135; 16 ta’ Mejju 2012, Skareby vs Il‑Kummissjoni, F‑42/10, punt 65
Filwaqt li ma huwiex eskluż li l-fatt li wieħed jimponi fit-tul xogħol eċċessiv lil uffiċjal jista’, f’ċerti ċirkustanzi jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku, xorta jibqa’ l-fatt li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tiġi rikonoxxuta l-kwalifika ta’ fastidju psikoloġiku.
(ara l-punt 118)
SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tieni Awla)
16 ta’ Mejju 2012
AF
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għal assistenza — Fastidju psikoloġiku u trattament diskriminatorju — Żball ta’ evalwazzjoni”
Suġġett:
Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEFA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu AF ippreżentat dan ir-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tagħha għal assistenza minħabba fastidju psikoloġiku u t-talba tagħha għal kumpens, kif ukoll għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tad-danni.
Deċiżjoni:
Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż kollha.
Sommarju
Uffiċjali — Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni — Kamp ta’ applikazzjoni — Portata — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 24)
Uffiċjali — Fastidju psikoloġiku — Kunċett — Aġir intiż li jiskredita lill-persuna kkonċernata jew li jiddegrada l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha — Rekwiżit ta’ natura repetittiva tal-aġir — Rekwiżit ta’ natura intenzjonali tal-aġir — Portata — Assenza ta’ rekwiżit ta’ intenzjoni malizzjuża ta’ persuna li qed tikkawża fastidju
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))
Uffiċjali — Fastidju psikoloġiku — Kunċett — Attribuzzjoni lil uffiċjal ta’ kompiti supplimentari li jikkawżawlu xogħol eċċessiv — Inklużjoni — Kundizzjoni
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))
L-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal ġie mfassal bil-għan li jipproteġi lill-uffiċjali tal-Unjoni kontra l-fastidju jew kontra trattament degradanti jkun liema jkun, mhux biss minn terzi persuni, iżda wkoll mis-superjuri ġerarkiċi tagħhom jew il-kollegi tagħhom.
Skont l-obbligu ta’ assistenza, previst minn dan l-artikolu, l-amministrazzjoni għandha, meta tiġi kkonfrontata b’inċident li huwa inkompatibbli mal-ordni u s-serenità tas-servizz, tintervjeni bl-enerġija kollha neċessarja u twieġeb bil-ħeffa u bil-premura meħtieġa miċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex tistabbilixxi l-fatti u tislet, b’għarfien tal-fatti, il-konsegwenzi approprjati. Għal dan il-għan, huwa suffiċjenti li l-uffiċjal li jitlob il-protezzjoni tal-istituzzjoni tiegħu jipproduċi provi prima facie li juru li verament kien hemm l-attakki li għalihom huwa jsostni li kien issuġġettat. Fil-preżenza ta’ dawn il-provi, hija l-istituzzjoni inkwistjoni li għandha tieħu l-miżuri approprjati, b’mod partikolari billi tibda investigazzjoni, sabiex jiġu stabbiliti l-fatti li kkawżaw l-ilment, b’kollaborazzjoni ma’ min għamel l-ilment.
L-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni dwar miżuri adottati mill-amministrazzjoni jillimita ruħu għall-kwistjoni dwar jekk l-istituzzjoni kkonċernata żammitx ruħha fil-limiti raġonevoli u ma użatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat.
(ara l-punti 70 sa 72)
Referenza:Qorti tal-Prim-Istanza 25 ta’ Ottubru 2007, Lo Giudice vs Il-Kummissjoni, T‑154/05, punti 135 sa 137, u l-ġurisprudenza ċċitata
L-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal jiddefinixxi l-fastidju psikoloġiku bħala “imġiba mhux xierqa” li sabiex jiġi stabbilit jeħtieġ li jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel kundizzjoni tirrigwarda l-eżistenza tal-atteġġament fiżiku, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra “li ssir tul perijodu, hija ripetittiva jew si[s]tematika” u li huma “intenzjonali”. It-tieni kundizzjoni, separata mill-ewwel waħda bil-prepożizzjoni “u”, tirrikjedi li dan l-aġir, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra jkollhom bħala effett li jistgħu jbaxxu l-personalità, id-dinjità, jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ persuna. Peress li l-aġġettiv “intenzjonali” jirrigwarda l-ewwel kundizzjoni, u mhux it-tieni waħda, huwa possibbli li jinsiltu żewġ konklużjonijiet. Minn naħa, l-aġir, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra, imsemmija fl-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jippreżentaw natura volontarja, liema fatt jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni l-aġir li jirriżulta b’mod aċċidentali. Min-naħa l-oħra, ma huwiex għall-kuntrarju meħtieġ li dan l-aġir, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra jkunu twettqu bl-intenzjoni li jistgħu jbaxxu l-personalità, id-dinjità, jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ persuna. Fi kliem ieħor, jista’ jkun hemm fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr ma l-persuna li tagħti fastidju jkollha l-intenzjoni, permezz tal-aġir tagħha, tiskredita l-vittma jew deliberatament tiddegrada l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha. Huwa suffiċjenti li l-aġir tagħha, ġaladarba jkun twettaq volontarjament, ikun oġġettivament ta lok għal konsegwenzi bħal dawn.
F’dan ir-rigward, il-kwalifika ta’ fastidju hija suġġetta għall-kundizzjoni li din turi realtà oġġettiva suffiċjenti, fis-sens ta’ osservatur imparzjali u raġonevoli, li għandu sensibbiltà normali u mqiegħed fl-istess kundizzjonijiet, jikkunsidrah bħala eċċessiv u kritikabbli.
(ara l-punti 88 sa 91)
Referenza:Tribunal għas-Servizz Pubbliku 9 ta’ Diċembru 2008, Q vs Il‑Kummissjoni, F‑52/05, punti 132, 134 u 135; 16 ta’ Mejju 2012, Skareby vs Il‑Kummissjoni, F‑42/10, punt 65