|
27.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/55 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Ashbrook et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-99/10) (1)
(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 252/121
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Michael Ashbrook (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, riprodotta fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji tagħhom, minn Lulju 2009, għal żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009 u talba għad-danni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-99/10, Michael Ashbrook et vs Il-Kummissjoni. |
|
(2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |