27.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/55 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Andrecs et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/10) (1)
(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 252/120
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stefan Robert Andrecs (Uccle, il-Belġju) et (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li taġġusta r-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet u allowances oħra tar-rikorrenti, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, riprodotta fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tagħhom, fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.
Dispożittiv
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-96/10, Andrecs et vs Il-Kummissjoni. |
(2) |
Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |