27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Antelo Sanchez et vs Il-Parlament

(Kawża F-78/10) (1)

(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 252/116

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pilar Antelo Sanchez (Brussell, il-Belġju) et (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullment tad-deċiżjoni tal-konvenuta, riprodotta fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji ta’ kull xahar tagħhom minn Lulju 2009 għal żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors T-78/10, Antelo Sanchez et vs Il-Parlament

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 301, 06.11.10, p. 65