|
12.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/28 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Wilk vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-32/10) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rimbors ta’ spejjeż - Allowance ta’ installazzjoni - Installazzjoni mal-familja fil-post tax-xogħol - Rkupru ta’ pagament mhux dovut - Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt)
(2012/C 138/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christian Wilk (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Adam, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jordnaw l-irkupru ta’ nofs l-allowance ta’ installazzjoni mħallsa lir-rikorrent, wara d-divorzju tiegħu kif ukoll it-talba għal danni
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors ta’ C. Wilk huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt. |
|
(2) |
C. Wilk għandu jħallas l-ispejjeż kollha. |