23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/73


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Palou Martínez vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-11/10)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Inammissibbiltà manifesta - Dewmien - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura)

(2010/C 288/137)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: María Soledad Palou Martínez (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: V. Balfagon Costa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti fis-sede ta’ Brussell.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

M. S. Palou Martínez għandha tbati l-ispejjeż tagħha.