|
12.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/27 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Heath vs BĊE
(Kawża F-121/10) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Skema tal-pensjoni - Pjan tal-pensjoni - Żieda annwali tal-pensjoni - Indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum - Opinjoni tal-attwarju tal-pjan tal-pensjoni - Konsultazzjoni tal-kumitat tal-persunal - Konsultazzjoni tal-kumitat ta’ sorveljanza - Dritt għan-negozzjar kollettiv)
(2012/C 138/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michael Heath (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: P. Embley u E. Carlini, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Jannar 2010 u tax-xhur segwenti, sa fejn dawn japplikaw żieda fil-pensjoni ta’ 0,6 % wara eżerċizzju ta’ aġġustament tal-pensjoni għall-2010, u l-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
M. Heath għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew. |