|
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/30 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Giannakouris vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-83/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura riċevuta minn sorsi oħra)
2012/C 217/64
Lingwa tal-kawża:il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Konstantinos Giannakouris (Roodt-su-Syre, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li bintu tirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
K. Giannakouris huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 13, 15.01.2011, p. 38.