12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/24


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 29(1)(a) u (b) tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Motivazzjoni)

(2012/C 138/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraiinem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Pecho, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent sabiex timtela’ l-pożizzjoni ta’ direttur tad-Direttorat E “Ġustizzja” tad-DĠ “Ġustizzja, Libertà u Sigurtà”, kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ħatra tad-direttur il-ġdid. Min-naħa l-oħra, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura sabiex timtela’ l-pożizzjoni ta’ direttur tad-DĠ JLS.F “Sigurtà”, kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ħatra tad-direttur il-ġdid.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010, p. 49.