21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 — Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Dmir ta’ assistenza - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku)

2012/C 217/62

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju), (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tagħha għal għajnuna fir-rigward ta’ fastidju psikoloġiku li r-rikorrenti tallega li kienet vittma tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

C. Skareby hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 31.07.10, p. 55