28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 160/28 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ April 2011
Ioannis Vakalis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-38/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-Greċja għall-iskema tal-pensjoni ta’ uffiċjali tal-Unjoni - Kalkolu tas-snin pensjonabbli - Eċċezzjoni ta’ illegalità dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Prinċipju ta’ newtralità tal-euro)
2011/C 160/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ioannis Vakalis (Luvinate, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom għall-iskema tal-Unjoni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala inammissibbli u parzjalment, bħala infondat. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż ta’ I. Vakalis. |
(3) |
I. Vakalis għandu jbati n-nofs tal-ispejjeż tiegħu stess. |
(1) ĠU C 209, 31.07.2010, p. 54.