10.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/23 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Allen vs Il Kummissjoni
(Kawża F-23/10) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Mard serju - Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal - Estensjoni tal-kopertura kontra r-riskji ta’ mard taħt l-Iskema Komuni ta’ Assigurazzjoni għas-Saħħa - Kriterju bbażat fuq in-nuqqas ta’ kopertura minn skema oħra)
2011/C 362/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Finola Allen (Armação de Pera, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal rikonoxximent ta’ mard serju.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Ġunju 2009, tas-17 ta’ Lulju 2009 u tas-7 ta’ Jannar 2010, li permezz tagħhom il-Kummissjoni rrifjutat li tirrikonoxxi li F. Allen kienet issofri minn marda serja u rrifjutat li testendi l-kopertura kontra riskji ta’ mard tagħha, huma annullati. |
(2) |
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha. |
(1) ĠU C 161, 19.06.2010, p. 58.