Keywords
Summary

Keywords

Ftehim internazzjonali — Ftehim li joħloq iż-Żona Ekonomika Ewropea — Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet

(Ftehim ŻEE, Artikolu 40 u Anness XII;Direttiva tal-Kunsill 88/361, Artikolu 6(4))

Summary

L-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), tat-2 ta’ Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, billi tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 88/361, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat [artikolu abbrogat bit-Trattat ta’ Amsterdam], tipprojbixxi lil ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein ix-xiri ta’ residenza sekondarja li tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, b’mod li awtorità nazzjonali hija obbligata li ma tapplikax din il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Fil-fatt, sa mill-1 ta’ Mejju 1995, data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE fir-rigward tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, u fis-setturi koperti minnu, l-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ u jinvokaw leġiżlazzjoni restrittiva tal-libertà tal-moviment tal-kapital fir-rigward tal-Prinċipat tal-Liechtenstein biss, taħt id-dritt tal-Unjoni, jekk dik il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni.

(ara l-punti 39, 51 u d-dispożittiv)