Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti li jibdlu s-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrent - Ordni ta’ dipartiment tal-Kummissjoni li jemenda l-kuntratt konkluż bejn din tal-aħħar u l-konsorzju - Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 57-63)

2. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 69-72, 119-121)

3. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja - Ammissibbiltà - Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Portata tal-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (ara l-punti 76, 77)

4. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà manifesta (ara l-punti 87, 89)

5. Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 99-101)

6. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali - Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 127)

7. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 128-133)

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tad-29 ta’ Ġunju 2010 - Mauerhofer vs Il‑Kummissjoni (T‑515/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumissjoni, tad-9 ta’ Settembru 2008, li tnaqqas in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol imħallsa allokati lir-rikorrent sabiex iwettaq id-doveri tiegħu li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ perizja (Kuntratt Nru MC/5043/025/001/2008 - “Value Chain Mapping Analysis”), konkluż mal-persuna responsabbli għal proġett imwettaq fil-Bosnja-Ħerzegovina skont il-kuntratt qafas “EuropeAid/123314/C/SER/multi - Lott 5 - “Studji, evalwazzjonijiet u preżentazzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ, impriżi u integrazzjoni ekonomika reġjonali” - Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) V. Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.