Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 – Enercon vs UASI

(Kawża C-204/10 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark verbali ENERCON – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali TRANSFORMERS ENERGON – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 28)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Frar 2010, Enercon vs UASI (T‑472/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ENERCON”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28 u 32, kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) R 959/2006‑4, tal-25 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “TRANSFORMERS ENERGON”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28, 30 u 32 u tat-trade marks mhux irreġistrati “TRANSFORMERS ENERGON” u “ENERGON”, użati fir-Renju Unit għal prodotti li jixxiebhu - Ksur tal-Artikolu 8(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.