Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 – Cassina vs Alivar u Galliani Host Arredamenti
(Kawża C‑198/10)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Proprjetà industrijali u kummerċjali – Direttiva 98/71/KE – Protezzjoni legali ta’ disinni – Artikolu 17 – Obbligu ta’ akkumulazzjoni tal-protezzjoni tad-disinni ma’ dik tad-drittijiet tal-awtur – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-protezzjoni mid-drittijiet tal-awtur għad-disinni li jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tagħha”
Approssimazzjoni tal-liġijiet - Disinni - Direttiva 98/71 - Prinċipju ta’ akkumulazzjoni tal-protezzjoni tad-disinni ma’ dik tad-drittijiet tal-awtur - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi totalment, jew sal-limiti tal-użu preċedenti, mill-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur, id-disinni li jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, fil-konfront ta’ terzi li diġà mmanifatturaw jew ikkummerċjalizzaw prodotti li ġew prodotti skont l-imsemmija disinni - Inammissibbiltà (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/71, Artikolu 17) (ara l-punti 24-28, 32-34 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Corte d’Appello di Milano - Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji - Liġi nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva billi introduċiet il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni - Possibbiltà għal Stat Membru li jestendi l-kundizzjonijiet sabiex tingħata din il-protezzjoni. |
Dispożittiv
|
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi totalment jew sal-limiti tal-użu preċedenti, il-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur ta’ dan l-Istat Membru, id-disinni li kienu jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel ma din il-leġiżlazzjoni daħlet fis-seħħ, fil-konfront ta’ kull terz li diġà pproduċa u/jew ikkummerċjalizza fit-territorju nazzjonali prodotti li ġew prodotti, skont dawn id-disinni, qabel din id-data. |