5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvija) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Trade Agency Ltd vs Seramico Investments Ltd

(Kawża C-619/10)

2011/C 72/25

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trade Agency Ltd

Konvenuta: Seramico Investments Ltd

Domandi preliminari

(1)

Meta deċiżjoni ta’ qorti barranija tkun akkumpanjata mill-formola prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 44/2001 (1), iżda minkejja dan il-konvenut jikkontesta li ma ġiex innotifikat bl-azzjoni ġudizzjarja mressqa fl-Istat Membru ta’ oriġini tad-deċiżjoni, il-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni hija kompetenti, meta tanalizza raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent prevista fl-Artikolu 34(2), tar-Regolament Nru 44/2001, li tivverifika hija stess jekk l-informazzjoni li tinsab fil-formola hijiex konformi mal-provi? Ġurisdizzjoni daqshekk wiesgħa tal-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni hija konformi mal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja stabbilit fil-premessi 16 u 17 tar-Regolament Nru 44/2001?

(2)

Deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja, li permezz tagħha l-kwistjoni dwar il-mertu tiġi deċiża mingħajr ma jiġu eżaminati la s-suġġett tat-talba u lanqas il-bażi tagħha u li ma tesponi ebda argument fuq il-fondatezza tar-rikors fir-rigward tal-mertu, hija konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta u tirrispetta d-dritt tal-konvenut għal smigħ xieraq, kif stabbilit minn din id-dispożizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)