12.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fit-30 ta’ Diċembru 2010 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma
(Kawża C-613/10)
2011/C 80/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Parma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Danilo Debiasi
Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma
Domanda preliminari
Jeżisti kunflitt bejn, minn naħa, l-Artikoli 19(5) u 19a tad-Digriet Presidenzjali Nru 633/72, u min-naħa l-oħra, l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE u d-dokumenti COM(2001) 260 finali tat-23 ta’ Mejju 2001 u COM(2000) 348 finali tas-7 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll trattament inugwali tas-sistema tal-VAT fil-qasam Komunitarju u, b’hekk il-ħtieġa, li ssir armonizzazzjoni tas-sistemi legali Ewropej, peress li Stati Membri differenti japplikaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, sistema ta’ tassazzjoni b’rata mnaqqsa?