29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/28


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Europea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-565/10)

()

2011/C 30/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi naqset li

tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-agglomerazzjonijiet ta’

Chieti u Gissi (Abruzzo),

Acri, Siderno, Bagnara Calabra, Bianco, Cassano allo Ionio, Castrovillari Crotone, Santa Maria del Cedro, Gioia Tauro, Lamezia Terme, Melito di Porto Salvo, Mesoraca, Montebello Ionico, Montepaone, Motta San Giovanni, Reggio Calabria, Rende, Rossano, Scalea, Sellia Marina, Soverato u Strongoli (Calabria),

Afragola, Nola, Ariano Irpino, Avellino, Battipaglia, Benevento, Capaccio, Capri, Caserta, Mercato Sanseverino, Torre del Greco, Aversa, Ischia, Casamicciola Terme, Forio, Napoli Est, Napoli Nord, Napoli Ovest, Vico Equense, Salerno u Montesarchio (Campania),

Cervignano del Friuli u Monfalcone (Friuli Venezia-Giulia),

Frascati u Zagarolo (Lazio),

Camisano, Genova, La Spezia, Riva Ligure, Sanremo u Ventimiglia (Liguria),

Tolentino (Marche),

Campobasso 1 u Isernia (Molise),

Manduria, Porto Cesareo, Supersano u Traviano (Puglia),

Follonica u Piombino (Toscana),

Misterbianco + altri, Paternò, Aci Catena, Adrano, Catania + altri, Giarre-Mascali-Riposto + altri, Caltagirone, Aci Castello, Acireale + altri, Belpasso, Biancavilla, Gravina di Catania, Tremestieri Etneo, San Giovanni La Punta, Caltanissetta-San Cataldo, Macchitella, Niscemi, Agrigento e periferia, Favara, Palma di Montechiaro, Porto Empedocle, Sciacca, Cefalù, Carini + ASI Palermo, Monreale, Palermo + frazioni limitrofe, Santa Flavia, Augusta, Avola, Priolo Gargallo, Carlentini, Ragusa, Marina di Ragusa, Santa Croce Camerina, Vittoria, Scoglitti, Favignana, Marsala, Partanna l (Villa Ruggero), Capo d’Orlando, Giardini Naxos, Consortile Letojanni, Pace del Mela, Piraino, Roccalumera, Consortile Sant’Agata Militello, Consortile Torregrotta, Messina l, Messina u Messina 6 (Sicilia),

li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000, li jarmu f’ilmijiet riċeventi li ma humiex ikkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE (1), jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva,

tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li fl-agglomerazzjonijiet ta’

Gissi u Lanciano-Castel Frentano (Abruzzo),

Acri, Siderno, Bagnara Calabra, Cassano allo Ionio, Castrovillari, Crotone, Melito di Porto Salvo, Montebello Ionico, Montepaone, Motta San Giovanni, Reggio Calabria u Rossano (Calabria),

Ariano Irpino, Avellino, Battipaglia, Benevento, Capaccio, Capri, Caserta, Aversa, Ischia, Casamicciola Terme, Forio, Massa Lubrense, Napoli Est, Napoli Nord u Vico Equense (Campania),

Trieste-Muggia-San Dorligo (Friuli Venezia-Giulia),

Zagarolo (Lazio),

Albenga, Borghetto Santo Spirito, Finale Ligure, Genova, Imperia, La Spezia, Margherita Ligure, Quinto, Rapallo, Recco u Riva Ligure (Liguria),

Campobasso l u Isernia (Molise),

Casamassima, Casarano, Manduria, Monte Sant’Angelo, Porto Cesareo, Salice Salentino, San Giovanni Rotondo, San Vito dei Normanni, Squinzano, Supersano u Vernole (Puglia),

Vicenza (Veneto),

Misterbianco + altri, Scordia-Militello Val di Catania, Palagonia, Aci Catena, Giarre-Mascali-Riposto + altri, Caltagirone, Aci Castello, Bronte, Acireale + altri, Belpasso, Gravina di Catania, Tremestieri Etneo, San Giovanni La Punta, Macchitella, Niscemi, Riesi, Agrigento e periferia, Favara, Palma di Montechiaro, Menfi, Porto Empedocle, Ribera, Sciacca, Bagheria, Cefalù, Carini + ASI Palermo, Misilmeri, Monreale, Santa Flavia, Termini Imerese, Trabia, Augusta, Avola, Carlentini, Rosolini, Pozzallo, Ragusa, Modica, Scicli, Scoglitti, Campobello di Mazara, Castevetrano l, Triscina Marinella, Trapani-Erice (Casa santa), Favignana, Marsala, Mazara del Vallo, Partanna l (Villa Ruggero), Barcellona Pozzo di Gotto, Capo d’Orlando, Furnari, Giardini Naxos, Consortile Letojanni, Pace del Mela, Piraino, Roccalumera, Consortile Sant’Agata Militello, Consortile Torregrotta, Gioiosa Marea, Messina l, Messina 6, Milazzo, Patti u Rometta (Sicilia),

li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000, li jarmu f’ilmijiet riċeventi li ma humiex ikkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE, l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir, jiġi suġġett għal trattament skont kif previst fl-Artikolu 4(1) u (3) tal-istess direttiva,

tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban mibnija biex iħarsu l-kriterji tal-Artikoli 4 sa 7 ikunu ppjanati, mibnija, mħaddma u miżmuma biex jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha u li t-tfassil ta’ tali impjanti ta’ trattament jieħu inkunsiderazzjoni l-varjazzjonijiet staġunali tat-tagħbija. Fl-agglomerazzjonijiet ta’

Gissi u Lanciano-Castel Frentano (Abruzzo),

Acri, Siderno, Bagnara Calabra, Cassano allo Ionio, Castrovillari, Crotone, Melito di Porto Salvo, Montebello Ionico, Montepaone, Motta San Giovanni, Reggio Calabria u Rossano (Calabria),

Ariano Irpino, Avellino, Battipaglia, Benevento, Capaccio, Capri, Caserta, Aversa, Ischia, Casamicciola Terme, Forio, Massa Lubrense, Napoli Est, Napoli Nord u Vico Equense (Campania),

Trieste-Muggia-San Dorligo (Friuli Venezia-Giulia),

Zagarolo (Lazio),

Albenga, Borghetto Santo Spirito, Finale Ligure, Genova, Imperia, La Spezia, Margherita Ligure, Quinto, Rapallo, Recco u Riva Ligure (Liguria),

Casamassima, Casarano, Manduria, Monte Sant’Angelo, Porto Cesareo, Salice Salentino, San Giovanni Rotondo, San Vito dei Normanni, Squinzano, Supersano u Vernole (Puglia),

Vicenza (Veneto),

Misterbianco + altri, Scordia — Militello Val di Catania, Palagonia, Aci Catena, Giarre-Mascali-Riposto + altri, Caltagirone, Aci Castello, Bronte, Acireale + altri, Belpasso, Gravina di Catania, Tremestieri Etneo, San Giovanni La Punta, Macchitella, Niscemi, Riesi, Agrigento e periferia, Favara, Palma di Montechiaro, Menfi, Porto Empedocle, Ribera, Sciacca, Bagheria, Cefalù, Carini + ASI Palermo, Misilmeri, Monreale, Santa Flavia, Termini Imerese, Trabia, Augusta, Avola, Carlentini, Rosolini, Pozzallo, Ragusa, Modica, Scicli, Scoglitti, Campobello di Mazara, Castevetrano l, Triscina Marinella, Trapani-Erice (Casa santa), Favignana, Marsala, Mazara del Vallo, Partanna l (Villa Ruggero), Barcellona Pozzo di Gotto, Capo d’Orlando, Furnari, Giardini Naxos, Consortile Letojanni, Pace del Mela, Piraino, Roccalumera, Consortile Sant’Agata Militello, Consortile Torregrotta, Gioiosa Marea, Messina l, Messina 6, Milazzo, Patti u Rometta (Sicilia),

ir-Repubblika Taljana kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 4(1) u (3), flimkien mal-Anness l, Taqsima B, u l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha l-Kummissjoni ssostni li l-Italja ma implementatx b’mod korrett, f’diversi partijiet tat-territorju nazzjonali tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

Il-Kummissjoni tikkonstata, qabel kollox, ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-direttiva, li permezz tagħhom l-Istati Membri kienu obbligati jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000, l-agglomerazzjonijiet kollha li jkollhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ aktar minn 15 000 jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma mormi urban skont ir-rekwiżiti tal-Anness I A. F’diversi agglomerazzjonijiet tar-reġjuni ta’ Abruzzo, Calabria, Campania, Friuli Venezia-Giulia, Lazio, Liguria, Molise, Puglia, Toscana u Sicilia li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni tali obbligu ma ġiex sodisfatt b’mod korrett.

L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jipprevedi, barra minn dan, fil-paragrafi (1) u (3), li, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000, l-Istati Membri kellhom jipprovdu fir-rigward tar-rimi kollu minn agglomerazzjoni li għandhom popolazzjoni ta’ iktar minn 15 000, li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir, jiġi suġġett, qabel ir-rimi, għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti, b’mod konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Anness I B tal-istess direttiva. Il-Kummissjoni kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjoni inkwistjoni f’numru ta’ agglomerazzjonijiet fir-reġjuni ta’ Abruzzo, Calabria, Campania, Friuli Venezia-Giulia, Lazio, Liguria, Molise, Puglia, Veneto u Sicilia. Fil-maġġoranza tal-każijiet, in-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 4 tad-direttiva jkun jinvolvi wkoll ksur tal-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva, li l-impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban ikunu ppjanati, mibnija, mħaddma u miżmuma biex jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet lokali klimatiċi normali kollha.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.