19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fid-29 ta’ Novembru 2010 — Deli Ostrich NV vs Belgische Staat

(Kawża C-559/10)

2011/C 55/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deli Ostrich NV.

Konvenut: Belgische Staat.

Domanda preliminari

Ir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar taħt liema kodiċi tariffarju ta’ dazji fuq l-importazzjoni, applikabbli fil-mument tad-dikjarazzjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi kklassifikat il-laħam tal-iġmla, li f’din il-kawża, b’mod inkontestabbli ma trabbewx filwaqt li kienu maqbudin.