5.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2010 — Deutsches Weintor eG vs Land Rheinland-Pfalz
(Kawża C-544/10)
2011/C 72/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Deutsches Weintor eG
Konvenut: Land Rheinland-Pfalz
Domandi preliminari
(1) |
Il-klassifikazzjoni ta’ stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, fis-sens tal-Artikolu 4(3), moqri flimkien mal-Artikolu 2(2)(5) jew mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (2), teħtieġ effett ta’ benefiċċju nutrittiv jew fiżjoloġiku għal titjib sostenibbli tal-kundizzjoni fiżika jew huwa wkoll biżżejjed effett temporanju, b’mod partikolari limitat għat-tul tal-assorbiment u tad-diġestjoni tal-prodott tal-ikel? |
(2) |
Fil-każ li l-affermazzjoni ta’ effett ta’ benefiċċju temporanju tista’ diġà kklassifikata bħala stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa: Huwa biżżejjed, sabiex jiġi kkunsidrat li tali effett huwa ġġustifikat min-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas ta’ sustanza fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-premessa 15 ta’ dan ir-regolament, li l-affermazzjoni sempliċement tindika li effett ġeneralment prodott minn prodotti tal-ikel ta’ dan it-tip, u kkunsidrat minn ħafna nies bħala negattiv, huwa f’każ partikolari limitat? |
(3) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: Huwa kompatibbli mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa, fil-verżjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2007, moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) (il-libertà professjonali), u mal-Artikolu 16 (il-libertà tal-intrapriża) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħha tat-12 ta’ Diċembru 2007 (3) li tipprojbixxi, mingħajr eċċezzjoni, produttur jew distributur ta’ nbejjed milli jirreklama permezz ta’ stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa tat-tip inkwistjoni fil-kawża, anki jekk din l-istqarrija hija korretta? |
(1) ĠU L 404, p. 9.
(2) ĠU L 37, p. 16.
(3) ĠU L 303, p. 1.