18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ottubru 2010 — Staatssecretaris van Justitie vs M. Singh

(Kawża C-502/10)

()

2010/C 346/61

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie

Konvenut: M. Singh

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ permess ta’ residenza li ġie formalment limitat, fil-kuntest tal-ewwel parti tal-Artikolu 3(2) u tal-Artikolu 3(2)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi permess ta’ residenza għal żmien determinat li, skont id-dritt Olandiż, ma joffri ebda possibbiltà li jinkiseb permess ta’ residenza għal zmien indeterminat, u dan anki jekk il-perijodu ta’ validità ta’ dan il-permess ta’ residenza jista’ jiġi estiż u anki jekk minn dan jirriżulta li grupp partikolari ta’ persuni, bħall-mexxejja spiritwali u l-għalliema tar-reliġjon, huwa eskluż mill-applikazzjoni tad-direttiva?