15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-12 ta’ Ottubru 2010 — proċeduri kriminali kontra Łukasz Marcin Bonda

(Kawża C-489/10)

()

2011/C 13/29

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy (il-Polonja)

Parti fil-kawża prinċipali

Łukasz Marcin Bonda.

Domandi preliminari

X’inhi n-natura legali tas-sanzjoni li jipprevedi l-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, L 330M, p. 58), u li tikkonsisti f’li ċċaħħad lill-bidwi mill-pagamenti diretti relatati mas-snin kalendarji sussegwenti għal dik li matulha huwa ppreżenta dikjarazzjoni falsa dwar id-daqs tal-erja li fir-rigward tagħha ntalbu l-pagamenti diretti?