4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg (l-Awstrija) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Martin Wohl u Ildiko Veres vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt
(Kawża C-471/10)
()
2010/C 328/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Martin Wohl u Ildiko Veres
Konvenut: Magistrat der Stadt Salzburg
Parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt
Domanda preliminari
L-Anness X tal-lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (1. Moviment liberu tal-persuni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema mill-Ungerija lill-Awstrija ma għandux jitqies bħala kollokament ta’ ħaddiema u li r-restrizzjonijiet nazzjonali fuq l-impjieg tal-ħaddiema Ungeriżi/Slovakki fl-Awstrija huma applikabbli wkoll fl-Awstrija għall-ħaddiema Ungeriżi/Slovakki mqiegħda għad-dispożizzjoni minn impriżi Ungeriżi (u impjegati b’mod legali minnhom)?