18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito (ASNEF) vs Administración del Estado

(Kawża C-468/10)

()

2010/C 346/51

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito (ASNEF)

Konvenut: Administración del Estado

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fin-nuqqas tal-kunsens tal-persuna kkonċernata u sabiex jiġi awtorizzat it-trattament tad-data tagħha ta’ natura personali neċessarju sabiex jiġi sodisfatt interess leġittimu tal-persuna responsabbli jew ta’ terzi li lilhom ġiet ikkomunikata d-data, teħtieġ, barra r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali ta’ din tal-aħħar, li d-data tkun tinsab f’sorsi aċċessibbli għall-pubbliku?

(2)

L-Artikolu 7(f) iċċitat iktar ’il fuq jissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-effett dirett?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.