4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-17 ta’ Settembru 2010 — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado

(Kawża C-456/10)

()

2010/C 328/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT)

Konvenuta: Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 28 TKE) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li d-dritt nazzjonali Spanjol jimponi fuq il-proprjetarji ta’ liċenzja tat-tabakk milli jiżviluppaw attivita ta’ importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk immanifatturati fi Stati Membri oħra, tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni jew miżura li għandha effett ekwivalenti, ipprojbiti mit-Trattat?