23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Prato (l-Italja) fit-18 ta’ Awissu 2010 — Proċeduri kriminali kontra Michela Pulignani, Alfonso Picariello, Bianca Cilla, Andrea Moretti, Mauro Bianconi, Patrizio Gori, Emilio Duranti, Concetta Zungri

(Kawża C-413/10)

()

(2010/C 288/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Prato.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Michela Pulignani, Alfonso Picariello, Bianca Cilla, Andrea Moretti, Mauro Bianconi, Patrizio Gori, Emilio Duranti, Concetta Zungri

Domandi preliminari

(1)

Il-leġiżlazzjoni Taljana li tittratta l-ġbir ta’ mħatri stabbilita fl-Artikoli 4 tal-L. Nru 401/89 u 88 tad-D. R. Nru 773/31, kif emendati bl-Artikoli 37(4) u (5) tal-L. Nru 388 tat-23.12.2000, 38 tad-D.L. Nru 223/06 u bl-Artikolu 23 tal-abbozz ta’ ftehim ippubblikat fil-ĠUKE tat-30.08.2006, hija kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea?