23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Amtsgericht Bruchsal (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awissu 2010 — Proċeduri kriminali kontra QB (*1)
(Kawża C-405/10)
()
(2010/C 288/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Bruchsal
Parti fil-kawża prinċipali
QB (*1)
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (1), moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007, tad-29 ta’ Novembru 2007, li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li teżisti projbizzjoni ta’ trasferiment, lejn il-Libanu, ta’ skart mill-grupp ta’ skart B 1120 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, tat-22 ta’ Marzu 1989, fuq il-kontroll tal-moviment transkonfinali ta’ skart perikoluż u tar-rimi tagħhom?
(*1) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.
(1) ĠU L 190, p. 1.
(2) ĠU L 316, p. 6.