9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/18


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-395/10)

()

2010/C 274/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u V. Peere, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (1), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, Franza naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE skada fl-14 ta’ Mejju 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta ma kinitx għadha adottat il-miżuri ta’ traspożizzjoni meħtieġa jew, f’kull każ, hija ma kinitx ikkomunikathom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 108, p. 1.