9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2010 — Astrid Preissl KEG

(Kawża C-381/10)

()

2010/C 274/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Astrid Preissl KEG

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Domandi preliminari

(1)

Ir-rekwiżit fil-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 (1) li “[n]umru adekwat ta’ friskaturi [sinkijiet] … għandhom ikunu ipprovduti b’ilma ġieri, [k]iesaħ u sħun”, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kelma “Handwaschbecken” użata fil-verżjoni lingwistika Ġermaniża għandha tirreferi għal kwalunkwe installazzjoni għall-ħasil tal-idejn (imqabbda mal-provvista ta’ ilma sħun), jew biss għal sink intiż esklużivament għall-ħasil tal-idejn?

(2)

Liema kriterji għandhom jiġu applikati sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti tal-iġjene pprovduti fil-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, kif espressi bil-kliem “materjali għat-tindif ta’ l-idejn u għat-tnixxif b’mod iġjeniku” humiex sodisfatti? Din id-dispożizzjoni tal-Anness għandha tiġi interpretata fis-sens li tfisser, pereżempju, li magna tat-tnixxif tal-idejn jew vit tal-ilma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene tal-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jekk il-magna tat-tnixxif tal-idejn jew il-vit tal-ilma jistgħu jintużaw mingħajr ma jintmessu bl-idejn?


(1)  Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319).